Stefan Zrinzo Azzopardi, l-eksPresident tal-Partit Laburista, ħabbar il-kandidatura tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.
In-nomini għall-kariga ta’ Deputat Mexxej jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, u jagħlqu t-Tlieta 10 ta’ Mejju. L-elezzjoni ssir bejn il-Ħamis 9 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, u f’każ ta’ ħtieġa s-Sibt 11 ta’ Ġunju.
Il-Kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista ser tkun qed tirregola u tikkordina l-proċess elettorali.