It-30 Edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon waslet fi tmiemha l-Ħadd filgħodu fil-Qawra, meta l-aħħar stadju tal-avveniment mifrux fuq tlett ijiem ikkonkluda b’nofs maratona.
Il-korsa ta’ 21km kienet minsuġa f’varjetà ta’ terren, minn taħlita ta’ meded ċatti, veduti panoramiċi tal-baħar, u għoljiet weqfin li taw l-isfida mistennija lill-parteċipanti.
Filwaqt li l-ewwel jumejn kienu kkaratterizzati minn kundizzjonijiet tat-temp ħżiena – b’riħ ta’ forza 6 u xita qawwija – l-istadju finali wera li kien ferm aħjar bix-xemx tiddi għal ħafna mill-ħin.
B’distakk ta’ ftit sekondi bejn l-ewwel tlett atleti – Aaron Mifsud, Stefan Azzopardi u Christian Micallef – l-aħħar stadju it-tellieqa kienet ser tiddermina r-rebbieħ.
Aktar kmieni fit-tellieqa Azzopardi, li rritorna għat-tiġrijiet wara perjodu ta’ injury, u Micallef marru fuq quddiem fejn ipprova jżomm distakk fuq Mifsud. Fl-iktar parti iebsa tal-korsa, l-Għolja tal-Wardija, Micallef ħa l-vantaġġ b’Azzopardi eżatt warajh u Mifsud ftit passi warajhom. Dawn il-pjazzamenti nżammu sal-aħħar meta Micallef kien l-ewwel li temm in-nofs maratona. Fit-tieni u t-tielet post spiċċaw Azzopardi u Mifsud rispettivament.
Is-sekondi kumulattivi minn kull stadju kellhom rwol kruċjali fil-ħinijiet ġenerali li rriżultaw f’Azzopardi jieħu r-rebħa. Fit-tieni post kien Aaron Mifsud, filwaqt li Christian Micallef ikkompleta l-podju tal-irġiel.
Intant, fit-tellieqa tan-nisa, Nadine de Wilde kompliet tagħti prestazzjoni determinata mmirata lejn l-ewwel post fuq il-podju. De Wilde kellha prestazzjoni konsistenti. Hi tilfet ir-rebħa tal-ewwel stadju wara li ħadet dawra ħażina fl-aħħar parti tal-korsa. Rebħa fit-tieni stadju poġġitha fuq il-possibiltà ta’ rebħa ġenerali. u distakk ta’ kważi tliet minuti fuq Caroline Ciappara li tinsab fit-tieni post. Fit-tielet post kien hemm Clara Attard. It-tliet nisa kienu dehru b’mod konsistenti fuq kull podju tat-tellieqa u kienu favoriti biex jieħdu posthom fuq il-podju tal-klassifika ġenerali
Il-Malta International Challenge Marathon laqgħet ukoll għadd ta’ atleti barranin li ġejjin mill-Olanda, l-Estonja, l-Afrika t’Isfel u l-Kanada.
It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa fi tmiem l-avveniment fil-preżenza tal-President tal-Club Ray Grech, l-uffiċjal Joseph Farrugia u l-fundatur tar-Race Barry Whitmore.
“Iċ-Challenge mhux biss maratona; hija tlett ijiem mimlija sfidi iżda wkoll ħbiberiji. Maratona mifruxa fuq tlett tijiem tintroduċi sett distintiv ta’ sfidi, li jikkompeti mal-intensità ta’ maratona f’ ġurnata waħda. Madankollu, dak li jiddistingwi ċ-Challenge huwa l-opportunita li tipprovdi lill-atleti biex joħolqu konnessjonijiet dejjiema. Ix-xhieda ta’ l-atleti jieqfu fit-tul wara li spiċċaw, jaqsmu l-istejjer u l-esperjenzi, hu eżempju tar-rabta unika maħluqa fuq il-korsa. Aħna kburin ħafna bihom kollha! “ ikkummenta Ray Grech, President Birkirkara St Joseph Sports Club.
Is-Segretarju tal-Klabb, Euchar Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-eżitu ta’ din l-edizzjoni u rringrazzja lil dawk kollha involuti b’mod partikolari lill-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi, Wied il-Għajn u San Pawl il-Baħar, lill-LESA, lill-uffiċjali tat-tellieqa u lill-marshalls.
L-avveniment finali għall-Kalendarju tat-Tlielaq tal-klabb għal din is-sena se jsir fit-13 ta’ Diċembru, meta se jospita t-Tlielaq tal-Eurosport Fleur-de-Lys. Ir-reġistrazzjoni hija miftuħa online fuq https://bsj.mt/event/2023-bsj-fleur-de-lys-road-races/
Klassifika Ġenerali
Irġiel | Nisa | |
1st | Stefan Azzopardi (2:25:29) | Nadine de Wilde (3:16:23) |
2nd | Aaron Mifsud (2:25:43) | Caroline Ciappara (3:19:08) |
3rd | Christian Micallef (2:25:55) | Clara Attard (3:24:35) |
Trofej Gruppi tal-Eta‘
Irġiel | Nisa | |
Over 30 | ||
1st | Matthew Xuereb | Marquita Muscat |
2nd | Imed Ben Moussa | Justine Scicluna |
3rd | Antoine Vassallo | Antonella Cachia |
Over 40 | ||
1st | Darran Agius | Kulli Kaldma |
2nd | Antoine Abela | Ly Pajur |
3rd | Michael Hughes | Esther Keulers |
Over 50 | ||
1st | Jonathan Balzan | Monique Lanz |
2nd | Richard Galea | Josianne Cilia Mumford |
3rd | Lawrence Grech | Brigitte Calascione |
Over 60 | ||
1st | Wil Loots | Doreen Polidano |
2nd | Peter Perotti | |
Over 70 | ||
1st | John Crossley |