Kien fit-18 ta’ Ottubru tal-1962 meta numru żgħir ta’ nies ħerqana biex isaħħu t-tixrid tal-kultura Ġermaniża fil-gżejjer Maltin aċċettaw l-istedina tal-Kavallier Elias Zammit – li dak iż-żmien kien il-Konslu Ġenerali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja f’Malta – biex jiltaqgħu fl-uffiċċju tiegħu f’dik li kienet Strada Rjali, il-Belt Valletta, sabiex tiġi ffurmata assoċjazzjoni bil-għan li jitrawmu relazzjonijiet aħjar bejn iż-żewġ nazzjonijiet.
Waqt din il-laqgħa, il-membri preżenti ffirmaw, fil-preżenza tal-Ambaxxatur Ġermaniż ta’ dak iż-żmien għar-Renju Unit, ftehim li welled formalment u legalment lill-German-Maltese Circle.
Eżattattament sittin sena wara, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi kompliet tissaħħaħ, inkluż fil-livell tal-kuntatt bejn iċ-ċittadini rispettivi tagħhom. Bħalissa, seba’ żgħażagħ Ġermaniżi qed joqogħdu Malta biex jagħmlu xogħol ta’ volontarjat ma’ numru ta’ għaqdiet lokali.
Wieħed minn dawn iż-żgħażagħ huwa Josa Dehem, li għal dawn l-aħħar xhur kien qed jikkontribwixxi b’mod volontarju għas-sit lokali kellimni.com; sit li joffri wens għal minn ikun qed iħossu waħdu u li jkun qiegħed ibati bl-ansjetà.
Iż-żagħżugħ stqarr, “I came here to Malta to volunteer for one year, with seven other people. We are all from Germany and we volunteer in different projects. For example, I work in the project kellimni.com from SOS Malta and what I am doing is, together with other people, we do social media work, we go to schools and tell them things about mental health, bullying.”