Kelliem għall-Ministru għall-Intern Ukren qal li r-Russja attakkat antenna tax-xandir fil-kapitali Kyiv.
Fil-fatt il-midja Ukrena rapportat li l-istazzjonijiet televiżivi Ukreni waqfu milli jxandru.
Intant, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għamilha ċara li s-suldati Brittaniċi mhux se jidħlu fl-Ukrajna iżda se jibqgħu fuq il-fruntiera tal-istati membri tan-NATO.
Johnson tenna dan waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet. Huwa saħaq li din id-deċiżjoni hija l-aħjar waħda.
Bi kliem meqjus u b’ton kawt, il-Prim Ministru Ingliż qal illi l-miżuri li ttieħdu fl-aħħar jiem kienu miżuri difensivi.