Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann ħaseb biex f’dawn iż-żminijiet diffiċli jtella’ tabella mal-faċċata tal-binja tal-Kunsill bil-messaġġ #staysafe.
Fuq il-paġna tal-Kunsill fuq il-midja soċjali ntqal kif l-għan wara din it-tabella hija li jkun promoss l-attenzjoni u l-għarfien biex kull wieħed u waħda minna jżomm ruħu f’saħħtu u sigur.
It-tabella li saret b’mod volontarju tinkorpora l-kuluri tal-bandiera Maltija flimkien mas-salib ta’ Malta.
Is-Sindku u l-Kunsilliera ta’ San Ġwann filwaqt li taw il-kuraġġ, appellaw lill-pubbliku sabiex jimxi mad-direttivi li qed joħorġu l-awtoritajiet.