Proġett simboliku u artistiku se jgħolli l-preġju tal-lokalita ta’ ta’ Xbiex, hekk kif statwa tal-bronż u d-deheb tal-anġlu kustodju se titpoġġa fil-ponta tal-breakwater tal-istess lokalità.
Dan b’ta li mod li dan l-anġlu se jkun xempju tal-paċi u l-prosperita’ fid-dinja. Statwa li se tiġi inawgurata f’Jum ta’ Xbiex f’ ġunju 2017.
Inizzjattiva li l-Maltin u t-turisti żgur se jkollhom għal qalbhom hekk kif il-preżenza ta’ din l-istatwa se tolqot il-mijiet li ta’ kuljum iżuru dawn l-inħawi, speċjalment bil-baħar.
Il-Proġett huwa frott donazzjoni ta’ kwart ta’ miljun ewro mill-Akkademja tal-Arti fir-Russja u l-iskultur Petr Stronsky, membru tal-akkademija u artist renomat madwar id-dinja. Dan huwa parti minn inizzjattiva fuq skala globali ‘World Peace and Charity all over the world’.
L-Istatwa tal-anġlu se tkun qed tħares il-marina ta’ ta’ Xbiex u se tkun tista’ tintlemaħ minn diversi pontijiet oħra, fosthom mill-Belt Valletta. Din se tkun għolja tlett metri u se tkun miksija bid-deheb, l-istess deheb li jintuża fil-knejjes fir-Russja.
Irina Malikova mill-akkademja internazzjonali spjegat kif dan il-proġett mhux l-uniku simbolu ta’ ħbiberija bejn Malta u r-Russja.
Dan il-proġett huwa riżultat ukoll ta’ kemm il-Kunsill tal-lokalita qed jikkontribwixxi biex il-preġju ta’ Malta ikun evidenti anke fuq skala globali.
F’kummenti ma’ One News is-sindku ta’ Ta’Xbiex Max Zammit spjega kif il-kunsill juża l-kuntatti tiegħu biex jattira inizjattivi bħal dawn li jgħollu l-prestiġju mhux biss tal-lokalita’ imma ta’ Malta, għax dan se jkun ta’ promozzjoni mportanti ħafna għall-pajjiżna.