Għeluq is-sittin sena mit-twelid tal-Prinċipessa Diana se jkun ikkomemorat bi statwa li kkummissjonaw iż-żewġt uliedha; id-Duka ta’ Cambridge il-Prinċep William u d-Duka ta’ Sussex il-Prinċep Harry.
L-istatwa ser titpoġġa fil-ġnien tal-Palazz Kensington fl-ewwel ta’ Lulju tas-sena li ġejja.
Nhar it-Tnejn li ġej huwa t-23 anniversajru mill-mewt ta’ Lady Di li kienet mietet f’inċident tat-traffiku f’Pariġi.