L-istatwa kontroversjali tan-negozjant tal-ilsiera Edward Colston li tinsab f’Bristol fir-Renju Unit kisbet l-appoġġ ta’ madwar 11,000 persuna li ffirmaw il-petizzjoni sabiex titneħħa.
Din l-istatwa nqalgħet minn fuq il-pedestal tagħha u wara ġiet miżbugħa biż-żebgħa u twaddbet fil-baħar.
Bosta kelliema qalu li dan il-vandaliżmu u diżordni huma inaċċettabbli u jxejjnu mill-awtentiċità u l-vera tifsira tad-demostrazzjonijiet li qed iseħħu kontra r-razziżmu.
Intant il-pulizija ta’ Avon u Somerset qed tinvestiga numru ta’ gruppi li wettqu dan l-att.
Edward Colston kien negozjant tal-ilsiera tas-seklu 17 fejn għamel kemxa flus minn fuq dahar negozjanti oħra u għen sabiex jinbnew skejjel, knejjes u djar għal fqar f’Bristol. Din l-istatwa kienet ilha lokata f’dan il-post għal aktar minn 120 sena.