Statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO turi li f’Ġunju kien hemm ritmu qawwi ta’ vjaġġi u passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex.
Għalkemm fit-tieni kwart ta’ din is-sena naqas l-ammont ta’ passiġġiera, anki meta wieħed jikkunsidra li fl-eqqel tal-pandemija kien hemm fis-seħħ ordnijiet biex in-nies ma jmorrux Għawdex għal skop rikreattiv, l-istatistika turi kif f’Ġunju bdejna nirkupraw.
Fil-fatt fis-sitt xahar tas-sena kien hemm kważi tliet mija u dsatax-il elf passiġġier li qasmu l-fliegu bil-baħar.
Dan ifisser kważi ħamsa u ħamsin fil-mija tal-ammont kollu ta’ passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex bejn April u Ġunju.
F’Ġunju kien hemm iżjed minn mija u wieħed u erbgħin karozza li qasmu l-fliegu filwaqt li saru elfejn, mija sitta u tletin vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer.