Il-Gvern żied n-nefqa rikurrenti tiegħu bi kważi erbgħin miljun ewro fl-ewwel tmien xhur ta’ din sena biex laħqet aktar minn tliet biljun u nofs ewro.
Iż-żieda fin-nefqa rikurrenti żdiedet meta mqabbel ma’ Jannar u Awwissu tas-sena l-oħra.
Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, fi tmien xhur, il-Gvern żied in-nefqa rikurrenti riżulat fost oħrajn t’għajnuna fuq l-enerġija u żdiedet b’tnejn u sittin miljun u mitejn elf ewro.
Dan apparti li żied in-nefqa fuq l-istabilità fil-prezzijiet tal-gass biex dawn m’għolewx.
Din in-nefqa żdiedet b’għaxar miljun ewro.
B’rabta maċ-ċekk addizzjonali ta’ mitt ewro li ta l-Gvern fl-ewwel kwart tas-sena lill-ħaddiema u ta’ mitejn ewro lill-persuni vulnerabbli, fosthom il-pensjonanti, il-Gvern nefaq tmienja u erbgħin miljun ewro.
Dan apparti żieda fin-nefqa tas-sigurtà soċjali bħaż-żieda fil-pensjonijiet u twessigħ tal-inwork benefit.
Hawnhekk in-nefqa fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kienet tiżboq dik tal-istess perjodu ta’ sena ilu, bi kważi sitta u tletin miljun ewro.
Tnaqqis fit-taxxi bħal miżuri ta’ tnaqqis fit-taxxa fuq l-over time u l-part time li daħlu bil-Budget għal din is-sena, il-Gvern żied in-nefqa tiegħu b’sitta u għoxrin miljun ewro.
Din in-nefqa għamlet tajjeb għal tnaqqis fin-nefqa tal-Gvern fuq miżuri t’għajnuna marbuta mal-pandemija li kienet tammonta għal kważi mija u ħamsin miljun ewro.
Dan hekk kif din is-sena, l-effetti tal-pandemija bdew jinħassu ferm inqas.
Intant id-dħul rikurrenti tal-Gvern żdied ukoll meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Skond ċifri ppubblikati mill-NSO, id-dħul rikorrenti fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena kien ta’ aktar minn tliet biljun u sitt miljun ewro.
Dan id-dħul rikurrenti żdied fuq l-istess perjodu s-sena l-oħra minħabba l-fatt li kien hawn aktar nies jaħdmu u anki minħabba l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna.
L-akbar żieda fid-dħul rikurrenti ġiet mit-taxxa tad-dħul, hekk kif il-Gvern daħħal kważi aktar minn biljun ewro.
Mid-dħul mill-ħlas tal-bolla, il-Gvern daħħal aktar minn tmien mitt miljun ewro.