Il-Gvernatur ta’ Kalifornja, Gavin Newsom, iddikjara stat ta’ emerġenza fil-istat kollu ta’ Kalifornja. Dan hekk kif madwar 1.5 miljun persuna se jispiċċaw bla dawl minħabba ħsarat kbar fil-cables tad-dawl li wasslu għal nirien kbar u li qed jinfirxu b’rata mgħaġġla minħabba r-riħ qawwi li ħakem l-istat.
Eluf ta’ residnti li joqogħdu viċin l-inħawi ta’ Brentwood f’Los Angeles ġew imġgħela jevakwaw djarhom minħabba n-nirien li beda matul il-jum tat-Tnejn.
Il-Kumpanija Gas & Electric diġà qed taffaċċja investigazzjonijiet mir-regolaturi wara li qatgħu l-provista ta’ kważi miljun dar u postijiet tal-kummerċ. Il-kumpanija qalet li mistenni taqta’ d-dawl ta’ 650,000 proprjetà oħra bħala prekawzjoni minħabba r-riħ qawwi.