Xita li kisret kull rekord fil-Korea ta’ Fuq, ħalliet eluf ta’ nies milquta mill-għargħar li għerreq pajjiż tul dan it-tmiem il-ġimgħa.
Dan l-għargħar wassal biex il-mexxej Kim Jong Un, iddikjara stat ta’ emerġenza fil-pajjiż.
Ritratti juru żoni ta’ għelieqi u djar kompletament mgħerrqa, speċjalment fil-villaġġi li jinsabu mal-fruntiera maċ-Ċina.
Bosta ġew salvati minn ħelikopters li taru fuq iż-żoni l-aktar milquta, li tellgħu lin-nies li sabu.
Dawn id-diżastri naturali qed jiggravaw sfidi eżistenti, bħall-iskarsità fl-ikel u l-infrastruttura dgħajfa.