Is-Sindku tal-kapitali Kanadiża, Ottawa, iddikjara stat ta’ emerġenza wara ġimgħa ta’ protesti minn sewwieqa tat-trakkijiet kontra r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19.
Jim Watson qal li l-belt tinsab kompletament bla kontroll u n-numru ta’ dimostranti qed jiżboq sew dak tal-Pulizija.
Huwa qal li l-protesti kienu qed ipoġġu theddida għas-saħħa u s-sigurtà tar-residenti.
Is-sewwieqa pparalizzaw iċ-ċentru t’Ottawa b’vetturi u tined li kienu qed jimblokkaw it-toroq.
Il-protesti bdew wara li l-Gvern għamilha mandatorja li s-sewwieqa tat-trakkijiet ikunu mlaqqma kontra l-Covid-19.