Starlites JSD huma r-rebbieħa tal-BOV Knockout tal-Basketball tal-Ewwel Diviżjoni.
Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni komplew jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom bħala l-aqwa tim fil-Basketball lokali fejn rebħu t-tielet unur tagħhom din l-istaġun wara s-suċċess tagħhom fis-Super Cup u fil-John Tabone Shield.
Starlites għelbu lil Sigma Depiro 89-83 fil-finali biex kisbu t-tielet unur tal-istaġun b b’hekk għadhom fiċ-ċans li jirbħu l-unuri kollha disponibbli dan l-istaġun.
Starlites fetħu l-iskor bi trey u kienu effettivi ħafna mil-linja tat-3 punti u għalqu l-ewwel sessjoni jgawdu vantaġġ ta’ 16-il punt bl-iskor ta’ 29-13.
Depiro għollew il-pressjoni fit-tieni sessjoni iżda naqsu milli jnaqqsu d-distakk b’mod sinifikanti u daħlu għall-mistrieħ bu skor ta’ 43-33.
L-irġiel ta’ Ruben Baldacchino naqqsu d-distakk fl-aħħar stadji tat-tielet sessjoni għal 60-57 biex reġgħu fetħu l-logħba.
Fir-raba’ sessjoni, Cornelius ġab id-draw bi trey u logħob b’saħħtu ta’ Depiro taħt il-boards rahom imorru 68-64 minn fuq meta kien fadal 6 minuti għat-tmiem. Starlites ġabu l-iskor indaqs b’Bozovic ipoġġi lil Depiro fil-vantaġġ b’basket mid-distanza. Starlites reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 2 punti imbagħad b’2 treys ta’ Scerri u basket ta’ Hinckson marru 10 punti minn fuq. Cornelius kiseb 3-pointer kif ukoll il-punti żejjed mil-linja tal-freethrows biex għamilhom 81-75. Scerri kiseb trey oħra għal Starlites b’James iżid trey oħra. It-tentattivi ta’ Depiro biex jerġgħu jidħlu fil-logħba fallew bi Starlites jagħlqu l-logħba 89-83.
Stefan Abela, Manager CSR fi ħdan il-Bank of Valletta u Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ippreżentaw it-trofew BOV tan-Knockout Basketball tal-Ewwel diviżjonii lill-captain ta’ Starlites Alec Felice Pace.
Kurt James ġie vvutat ukoll l-Aktar Plejer Siewi (MVP) tal-Finali, u ġie ppreżentat bi trofew kommemorattiv.