Starlites komplew jimpressjonaw fit-2 diviżjoni meta rebħu l-BOV Basketball Amateur League KO Competition. Dan is-suċċess wasal wara li aktar kmieni dan l-istaġun kienu rebħu l-John Tabone Amateur Shield.
Fil-finali tan-Knock Out, Starlites għelbu lil Depiro Hoops 68-46.
Ernest Agius, Chief Officer tal-Bank of Valletta flimkien ma’ Paul Sultana, President tal-Malta Basketball Association ippreżentaw il-BOV Basketball Amateur Division Knockout Trophy lill-captain ta’ Starlites Miguel Falzon.
Alex Sultana ġie vvutat bħala l-Most Valuable Player (MVP) tal-finali.

