Apparti l-erba’ ġurija tal-program l-udjenza wkoll arfet it-talent tal-Malti Norbert Bondin waqt l-audition tiegħu fil-programm famuż Britain’s Got Talent. Huwa kien qed jinterpreta d-diska ‘Say Something’.
Għalkemm deher eċitat ħafna fil-bidu hekk kif bdew l-ewwel noti, huwa nesa kollox u daħal f’muża lirika li ħalliet lill-ġurija b’ħalqhom miftuħa.
Mal-ewwel instemgħa l-għajjat tal-pubbliku biex imbgħad kif spiċċat id-diska, Norbet sema l-famużi kliem ‘four big yeses’ mill-ġurija.
Izda, għalkemm seħħ dan, sfortunatament mhux ser inkunu qed narawh fuq l-internet u t-televiżjoni għaliex m’ għaddiex għas-sessjonijiet diretti.
Huwa stqarr li din hija waħda mill-ħolmiet tiegħu, dik li jilħaq l-ogħla livell fil-kant.