Is-servizzi ta’ respite għall-Persuni b’diżabilità issa ġew regolati bi standards soċjali.
L-Awtorità inkarigata mill-Istandards ta’ Ħarsien Soċjali stabilixxiet standards li huma ibbażati fuq prinċipji li jħarsu d-dinjita, id-drittijiet, u li joħroġ il-potenzjal ta’ kull persuna.
800 persuna b’dizabilità jagħmlu użu mis-servizz ta’ respite. Servizz li joffri spalla lill-ġenituri jew carers sabiex meta tinqala’ xi urġenza, jew ikunu jridu jieħdu ftit tal-mistrieħ jew biex isiefru, l-għeżież tagħhom jgħixu fis-servizz ta’ respite.
L-istandards stabbiliti huma sebgħa, u li jserrħu moħħ il-carers u l-familjari tal-persuni b’dizabilità li l-għeziez tagħhom qegħdin jibbenefikaw minn servizz eċċelenti.
Filfatt is-servizz għandu jħares d-drittijiet tal-klijenti, joffri programm personali ta’ sapport u joffru protezzjoni.
Huwa dritt ta’ kull persuna li jkollu l-privatezza.
L-istandards jaraw li jkun hemm parteċipazzjoni mill-persuni b’dizabilità u joħroġ il-potenzjal tagħhom. Filwaqt li jkunu nvoluti fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Irid ikun maniġment tal-kwalità li joffri s-servizz ta’ respite għal persuni b’dizabilità.
Il-Kap Eżekuttiv Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali Matthew Scicluna qal li minn dawn l-istandards minn joffri servizz għandu linji gwida tas-servizz li jrid joffri u minn se jibbenfika mis-servizz għandu idea ta x’servizz se jiġi offrut.
Qal li l-Awtorità għamlet 215 zjara ta moniteraġġ fiċ-ċentru ta’ ħarsien soċjali.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Dizabilità Anthony Agius Decelis qal li dan huwa t-tieni pass wara li l-ewwel ġew stabbiliti Standards Soċjali Regolatorji għas-servizzi residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità.