L-aġenzija ta’ kreditu, Standard & Poor’s naqqset il-livell tar-rating ta’ Franza. Azzjoni li tat daqqa oħra ’l isfel l-isforzi tal-Gvern Franċiż biex jirranġa l-finanzi pubbliċi tal-pajjiż.
L-aġenzija naqqset ir-ratings ta’ Franza minn AA għal AA-, bir-raġunijiet ewlenin ikunu d-defiċit ferm akbar minn dak li kien imbassar u taqlib politiku.
Il-Ministru għall-Finanzi Franċiż, Bruno Le Maire, waħħal dan id-downgrading fl-għajnuna li ta l-Gvern waqt il-pandemija u l-kriżi tal-inflazzjoni.
Dan faċilment jitqabbel mas-sitwazzjoni f’pajjiżna fejn minkejja l-akbar għajnuna li baqgħet tingħata lill-poplu fl-aħħar snin, pajjiżna baqa’ jingħata l-aħjar ratings, waqt li l-ekonomija kompliet għaddejja b’qawwa, tant li din is-sena u-sena d-dieħla se tkun l-aktar waħda li se tikber fl-Unjoni Ewropea kollha.