Attività liema bħalha f’dawn il-jiem fis-Sala tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, hekk kif kienu qed jiġu stampati d-dokumenti tal-votazzjoni, li se jibdew jitqassmu mill-ġimgħa d-dieħla.
It-tqassim tal-voti ser isir bieb bieb bejn it-Tlieta 9 ta’ Mejju u s-Sibt 20 ta’ Mejju bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ wara nofs in-nhar u bejn it-tlieta ta’ wara nofs in-nhar u d-disgħa ta’ bil-lejl.
Bħas-soltu t-tqassim se jsir kollu mill-Pulizija, bil-proċess kollu jkun sorveljat miż-żewġ partiti, kif jgħid il-Kap tal-Uffiċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt.