Il-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista hu pjan kredibbli li permezz tiegħu Malta tista’ timxi ’l quddiem. Dan għax dak li twettaq fl-aħħar snin mill-Moviment Laburista jfisser li l-programm elettorali se jsir b’garanzija.
Qal dan it-tabib tal-familja Jan Chircop li indirizza r-Rally Team Malta fuq il-Fosos tal-Furjana. Dr Chircop qal li kien ta’ unur għalih li kellu l-opportunità li jikkontribwixxi għal manifest elettorali tal-Partit Laburista.
Chircop stqarr, “Ħbieb, dak it-team huwa l-Partit Laburista, moviment immexxi minn Kaptan, Robert Abela. Mexxej li qed joffri li jmexxina għal ħames snin li ġejjin. Mexxej tried and tested. U tested ngħid, wara pandemija bħal dik. Mexxej li kien lest jieħu deċiżjoni kuraġġużi. U ħariġna nfuħu minn sentejn ta’ kollass globali.”
Fid-diskors tiegħu, Dr Jan Chircop, qal li jekk il-pjan tal-Partit Laburista jitwettaq dan se jsarraf f’aktar spazji ħodor u aktar inċentivi favur ambjent aħjar filwaqt li se jitpoġġew aktar responsabilitajiet fuq min qed jibni, iżda fuq kollox fi kwalità ta’ ħajja aħjar u iżjed riformi. Qal li lill-għażla tas-26 ta’ Marzu se ssarraf f’Malta ħabbrieka, magħquda u fuq kollox b’futur sabiħ.
Intant meta kien qed jitkellem fuq is-suċċessi tal-aħħar snin ta’ tmexxija, Dr Chricop sostna kif seta’ jara fejn qed imur il-ġid li bdiet toħloq l-ekonomija vibranti u b’saħħitha ta’ pajjiżna.
Hu rrimarka, “Jien bdejt naħseb ta’ tabib madwar 13-il sena ilu, niftakar li kien ikolli nkun ħafna aktar konxu minn dak li kont nista’ nneffaq lill-pazjenti bħala mediċini, għax iċ-ċekk, sew jew hux tal-paga, jew tal-pensjoni kien iservihom bl-eżatt. Illum jgħiduli, il-flus mhux għalhekk qegħdin dott?
U dak kien il-frott u s-suċċess ta’ dik l-ekonomija b’saħħitha. Suċċess … li mar għand il-pensjonanti li gawdew minn żieda wara żeda għax hekk kien jixraqilhom.”
Chircop temm jgħid li dan is-suċċess ekonomiku mar ukoll f’numru bla preċedent ta’ mediċini u servizzi mediċi, investiment fil-qasam tas-saħħa, inqas taxxa għall-familji, servizzi mingħajr ħlas tal-IVF, żidiet fl-istipendju, numru bla preċeent ta’ miżuri soċjali, infrastruttura tal-ogħla livell u wage supplements li salvaw l-impjiegi fil-pandemija.