Il-ħtieġa ta’ dixxiplina u ta’ infurzar kienu l-messaġġi ewlenin fl-ewwel jum li tal-istaġun tal-kaċċa. Staġun b’iktar limitazzjonijiet bil-għan li jkun assigurat li l-kaċċa f’pajjiżna tibqa sostennibbli.
L-istagun jagħlaq fl-aħħar ta’ Jannar, għalkemm il-kaċċa fuq il-gamiema tieqaf fit-30 ta’ Settembru. Ma tista’ ssir ebda kaċċa bejn il-15 ta’ Settembru u is-sebgħa ta’ Ottubru wara is-sebgħa ta’ filghaxija.
Ma naqasx l-appell ta’ Lino Farrugia, mill-Federazzjoni kaċċaturi, nassaba u konservazzjonisti.
Min-naħa tagħha, l-Birdlife sostniet li l-Gvern u l-Pulizija huma mħeġġa jpoġġu l-infurzar tal-liġijiet ambjentali bħala prijorità tul ix-xhur li ġejjin.
Fid-dawl ta’ dan, tkellimna s-segretarju parlamentari għad-drittijiet tal-annimali, Rodrick Galdes li wassal l-appell tiegħu.
Segwi dan l-appelli hawn:
https://www.youtube.com/watch?v=CULck9bE1cY