Stabbiliment tal-ikel u x-xorb ġewwa Bormla nqabad iservi l-klijenti mill-bar il-Ħadd filgħaxija, bi ksur tal-avviż legali li għalaq dawn l-istabbilimenti.
L-istabbiliment ġie mmultat €3000.
Din is-sejba seħħet hekk kif komplew l-ispezzjonijiet li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qed twettaq madwar Malta u Għawdex biex tinforza l-avviż legali.
Fil-jum tal-Ħadd ġew spezzjonati iktar minn elf stabbiliment f’Malta u Għawdex. 880 minn dawn kienu f’Malta u 170 kienu f’Għawdex.
Mid-dħul tal-avviż legali sa issa saru iktar minn 16,000 spezzjoni f’ristoranti, barijiet, snack-bars u stabbilimenti oħra tal-ikel u x-xorb.