Għada se ssir is-Super Cup organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi fejn St Peter’s Żabbar jaffaċċjaw lil Għaxaq Boċċi Club.
Din għandha tkun logħba ferm interessanti bejn żewġ timijiet li fil-mument jinsabu f’forma mill-aqwa.
St Peter’s Żabbar rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni wara sensiela ta’ riżultati pożittivi u qed jimmiraw li jibdew l-istaġun tagħhom bl-aħjar mod possibbli. It-tim hu magħmul minn Conrad Borg, Owen Bezzina, Vince Galea, Charles Galea, Rodney Randich u Leli Brignone.
Mill-banda l-oħra, Għaxaq Boċċi Club rebħu t-tazza tal-anġlu wara dwell ferm interessanti ma’ Birkirkara Boċċi. It-tim hu ffurmat mill-captain Noel Axiaq, Emanuel Spiteri, Matthew Mizzi, Damon Grima u Michael Buhagiar.
Il-logħba se tintlagħab fil-Klabb tal-Boċċi ta’ Buġibba u tibda fis-6.30pm.



