Wara żmien twil ta’ telqa fiż-żona St.Peter’s f’ Ħaż-Żabbar fl-aħħar ħadet din iż-żona reġgħet ħadet il-ħajja. B’investiment ta’ madwar €50,000 il-Gvern Lokali flimkien mal-kumitat amministrativ tal-lokalità għamel xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fl-inħawi.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Boutempo faħħar l-inizjattiva tal-Kumitat Amministrattiv li nieda proġett ta’ tisbiħ fi Ġnien il-Mistrieħ. Fakkar kif kien hemm tendenza li żoni periferali ikunu ftit jew wisq minsija iżda dan il-Gvern irid li s-16-il hemlet li hawn f’pajjiżna jingħataw prijorita assoluta daqs kull belt u raħal.
St.Peter’s mhux eċezzjoni għaliex kif stqarru numru ta’ residenti stess l-istat ta’ abandun kien iġib numru ta’ vandaliżmu u b’hekk tisbiħ taż-żona jista’ jevita dan.
F’St.Peter’s ġie installat dawl ġdid u manutenzjoni tat-toroq b’wiċċ ġdid ta’ tarmak, żebgħa u tikħil kif ukoll aċċessibiltà aħjar.