Gowl drammatiku skorjat 17-il sekonda minn tmiem il-partita ta r-rebħa lil St Andrew’s Futsal li għelbu lil Swieqi United LEC 07 fil-finali tal-Maltese Cross Futsal Cup 3 – 2. B’hekk huma saru l-ewwel tim li qatt għolla din il-kompetizzjoni li ġiet introdotta matul dan l-istaġun. Wara li l-ewwel minuti ma pproduċew l-ebda gowl, St Andrew’s marru minn fuq permezz ta’ Emil Raducu sabiex Rodrigo Rocha ġab l-iskor indaqs għaxar minuti wara għal Swieqi. Dawn tal-aħħar marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ Alexander Sanchez. Meta kollox kien jidher li Swieqi kienu se jiksbu s-suċċess mixtieq, St Andrew’s skorjaw żewġ gowls f’temp ta’ minuta permezz ta’ Anderson Castro u Jhonn Castro Pulido bl-aħħar gowl jiġi skorjat 17-il sekonda mit-tmiem. Referees kienu Stephen Vella u Matthias Buttigieg.
Fl-unika logħba mill-Enemed Challenger League, iż-żewġ selezzjonijiet Maltin taż-żgħażagħ dik ta’ taħt is-17-il sena u dik ta’ taħt id-19-il sena ltaqgħu kontra xulxin sabiex jiġi deċiż ir-raba’ tim li jagħmilha għall-play-offs. Kienu dawn tal-aħħar li rebħu 3-2, b’Aiden Buhagiar, Samuel Christoph Abela u Isaac Vella jsibu x-xibka għalihom. It-tim ta’ taħt is-17-il sena kellu lil Luke Urpani awtur ta’ doppjetta. Referees kienu Stephen Vella u Matthias Buttigieg.
Ritratt: Nicholas Falzon