Minn għada jibda’ jiltaqa’ l-kumitat magħmul minn stakeholders ewlenin fl-industrija tat-turiżmu b’rabta mal-Coronavirus COVID-19.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur qiegħed jissorvelja kontinwament l-aħħar żviluppi fir-rigward tat-tixrid tal-coronavirus, f’konsultazzjoni sħiħa mal-Kumitat Operattiv tal-Gvern Ċentrali.
Filwaqt li lokalment mhemm l-ebda raġuni għall-allarm u s-sitwazzjoni tibqa’ waħda taħt kontroll u mingħajr każijiet irrappurtati, huwa prudenti li nibqgħu viġilanti f’termini ta’ moniteraġġ u fi stat ta’ tħejjija. Bla dubju l-Ministeru hu konxju li s-sitwazzjoni tista’ titlob għal deċiżjonijiet li jħallu impatt fuq l-ekonomija lokali, b’mod partikolari l-ivvjaġġar u l-industrija tat-turiżmu.
F’dan il-kuntest, il-Ministeru jqis li għandu jkun proattiv u mhux reattiv, u għaldaqstant qed jgħaqqad il-forzi kollha fi ħdan il-Ministeru biex flimkien mal-istakeholders ewlenin fl-industrija jkun hemm azzjoni aktar koordinata fil-miżuri reattivi.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur stieden stakeholders ewlenin biex jiffurmaw parti minn Kumitat ta’ ħidma ta’ livell għoli fi ħdan il-Ministeru li se jiltaqa’ mal-ewwel minn għada. Il-Kumitat hu magħmul minn numru ta’ stakeholders interni u esterni u għandu l-irwol li jiddiskuti u jirrakkomanda azzjonijiet meħtieġa f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet kkonċernati.
In view of the latest developments of Corona Virus COVID-19 & its potential effects on tourism, the Ministry is setting up a committee with key stakeholders to work with the set up Operational Committee within @MaltaGov to coordinate all plans & actions. @RobertAbela_MT
— Julia Farrugia Portelli (@JuliaFarrugia) February 27, 2020