Kumpanija li topera f’pajjiżna, SR Technics ingħatat rikonoxximent prestiġjuż, dak ta’ Indepedent MRO of the Year 2017.
Dan huwa ċertifikat tajjeb ħafna għal din il-kumpanija li qed tkompli tkabbar l-operat tagħha f’pajjiżna, fil-fatt SR Technics se toħloq 400 impjieg ġdid b’investiment ta’ €30 miljun, li jfisser li fuq medda ta’ tliet snin il-kumpanija se tkun qed timpjega 560 persuna.
Dan ir-rikonoxximent ingħata fl-Aviation 100 Awards, ċerimonja li tirikonoxxi l-aktar kumpanija li jkunu spikkaw fl-industrija tal-manutenzjoni u tiswija fuq ajruplani.
Ic-CEO tal-kumpanija, Jeremy Remacha qal li l-kumpanija hija grata ħafna għal dan il-premju u ma kellux ħlief kliem ta’ tifħir għall-ħaddiema li jaħdmu mal-kumpanija f’pajjiżi diversi fosthom f’Malta.