Uffiċjalment, Squid Game hija l-aktar serje televiżiva segwita fuq Netflix.
Fl-ewwel tmienja u għoxrin jum mindu ħarġet, din is-serje rawha aktar minn mija u ħdax-il miljun persuna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawn iċ-ċifri jaqbżu t-tnejn u tmenin miljun persuna li raw Bridgerton, li kienet l-aktar serje popolari qabel ħarġet Squid Game.
Il-Viċi-President ta’ Netflix li jieħu ħsieb il-kontenut mill-Kora, l-Asja, l-Awstralja u New Zealand, qal li s-suċċess ta’ din is-serje qabeż kull ħolma u aspettattiva.