Riżultati sbieħ għal Malta waqt il-Kampjonat Ewropew tat-Timijiet 2025 (Diviżjoni 3) li sar fil-ġranet li għaddew fil-kumpless sportiv ġdid ta’ SportMalta fil-Marsa.
L-avveniment ġie organizzat minn Malta Squash, f’kollaborazzjoni mal-European Squash Federation (ESF).
B’kollox ħadu sehem total ta’ 24 tim minn 18-il pajjiż, kollha bit-tama li jiksbu promozzjoni għad-Diviżjoni 2. Il-kompetizzjoni kienet tinkludi 15-il tim tal-irġiel u 9 timijiet tan-nisa.
It-team malti tal-irġiel spiċċa fil-ħames post minn 15-il pajjiż, filwaqt li t-team malti tan-Nisa temm fir-raba’ post minn 9 pajjiżi.
Il-pajjiżi li pparteċipaw kienu: Malta, Monaco, Lussemburgu, Liechtenstein, Ġibilta, Guernsey, Jersey, Portugall, Turkija, Litwanja, Greċja, Slovakkja, Slovenja, Żvezja, Awstrija, Kroazja, Ukraina u l-Ungerija.
It-team malti tan-nisa kien kompost mil-plejers: Venita De Giorgio, Amke Fischer, Jocelyn Lydall, Colette Sultana, Lijana Sultana.
It-team malti tal-irġiel kien iffurmata minn: Brad Hindle Deguara, Niall Engerer, Julian Scerri, Duncan Stahl, Kijan Sultana, Daniel Zammit Lewis.
Il-Kampjonat Ewropew tat-Timijiet 2025 (Diviżjoni 3) kien appoġġjat minn SportMalta, il-Kumitat Olimpiku Malti, Bolt Business, Scott’s Supermarket, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Astral u oħrajn.