Bosta sptarijiet f’Pariġi u l-inħawi tal-madwar ġew ordnati jnaqqsu proċeduri mediċi mhux marbuta mal-COVID-19 b’40%, hekk kif żdiedet id-domanda għas-sodod fit-taqsimiet tal-kura intensiva.
Il-Gvern Franċiż qed jaħdem ukoll biex iħaffef il-programm ta’ tilqim li għaddej fil-pajjiż, u qed jinsisti li lockdown maġġuri f’Pariġi se tkun biss l-aħħar soluzzjoni.