Il-HopeXchange Medical Center, l-Isptar mibni b’donazzjonijiet minn Malta immexxi mill-Malti Mario Cappello, għadu kif wettaq żewġ operazzjonijiet ta’ trapjant tal-kliewi. Dawn l-interventi kienu jinvolvu erba’ operazzjonijiet li saru f’jumejn biex b’hekk dan sar wieħed mill-ftit sptarijiet fil-Ghana kollha li se jkun qed iwettaq operazzjonijiet maġġuri ta’ dan it-tip.
L-interventi saru minn tobba li ġejjin minn diversi pajjiżi u li taw is-servizz speċjalizzat tagħhom. Il-proċeduri kienu jinvolvu żewġ donaturi li sarulhom operazzjonijiet biex jitteħdulhom il-kliewi tagħhom ħalli jkunu jistgħu jingħataw lil żewġ pazjenti oħra.
L-erba’ pazjenti jinsabu f’kundizzjoni stabbli u digà ġew rilaxxxati mill-isptar filwaqt li qed jibqgħu jiġu segwiti.
Mario Cappello, id-Direttur ta’ dan l-isptar, ikkumenta kif il-ġenererożità kbira li qed jirċievi dan l-isptar, qegħda tiġi msarrfa f’terapija li qed tilħaq madwar 70 elf pazjent fis-sena.
“Jien hawnhekk mill-Ghana bħalissa nixtieq nirringrazzja lill-Poplu Malti u Għawdxi kollu, għaliex is-sostenn tagħkom, bil-flus tagħkom, id-donazzjonijiet tagħkom, bis-sapport tagħkom u anke tal-speċjalisti Maltin, li jgħinuna biex aħna nkunu nistgħu nkabbru dejjem dan l-isptar bħala ċentru ta eċċellenza, jien hawnhekk nixtieq ngħidilkom grazzi u grazzi mill-qalb”
MARIO CAPPELLO
Il-HopeXchange Medical Centre issa qed ukoll iżid estensjoni billi jibni Mother and Child Hospital mgħammar sewwa biex jagħti tama lil nisa li qed iwelldu u t-trabi tagħhom.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/01/11181836/f1e45a50-a864-41b3-b144-291ee48815e4-e1736615941267-1024x577.jpg)