Bħalissa l-Ingilterra qed tiffaċċja influss ta’ pazjenti fl-isptarijiet hekk kif kawża tat-temp xitwi ħafna pazjenti qed ibatu minn każijiet ta’ influwenza, Covid u mard respiratorju ieħor li qed jitfgħu għexieren ta’ sptarijiet fi kriżi sabiex jakkomodaw lil kulħadd.
L-isptar Whittington fit-Tramuntana ta’ Londra dan l-aħħar ħareġ avviż għal- nurses li jistgħu jaħdmu xiftijiet fil-kuriduri sabiex joffru kura lill-pazjenti li ma jkunux jistgħu jiġu akkomodati fis-swali.
Fl-Ingilterra, bosta sptarijiet qed jiġu kostretti jpoġġu pazjenti fil-kurituri minħabba nuqqas ta’ spazju fis-swali tagħhom.