Ġie mniedi staġun ieħor ta’ Sports on the Move, sabiex madwar 600 tifel u tifla jkunu jistgħu jippratikaw wieħed mit-30 dixxiplina sportiva differenti offruti fil-gżira Għawdxija.
L-edizzjoni tax-xitwa ta’ ‘Sports on the Move’, ssusidjata kollha mill-Ministeru għal Għawdex, qed tara numru mdaqqas ta’ tfal ta’ kull eta’ li matul il-ġimgħa jiċċaqalqu waħda sew fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li għall-ewwel darba, il-Ministeru ħass li din l-inizjattiva għandha tintlaħaq ukoll minn aktar tfal. Hija stqarret li “din is-sena qed nipprovdu l-assistenza ta’ LSE’s biex nippromwovu wkoll l-inklużjoni fl-isport u t-tfal ukoll li jkollhom l-ħtieġa tal-assistenza i jkollhom l-lse’s tagħhom.”
Min-naħa tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-isport f’Għawdex, qal li n-numri tat-tfal li kulma jmur dejjem jiżdiedu fl-inizjattivi huma prova ta’ kif l-isport f’Għawdex qed jikber b’mod ħaj u attiv, u fuq kollox, b’saħħtu meta kkumparat ma’ tfal oħra, Maltin u anke barranin.
Grech semma dixxiplina sportiva li biż-żmien qed issir ferm aktar popolari. Huwa spjega: “Waħda mid-dixxiplini illi kienet suċċess ukoll u kibret malajr kien propju iċ-ċess, fejn bdejna b’ammont żgħir ħafna illum għandna ammont kbir tat-tfal li jridu jipprattikaw iċ-ċess.”