B’kollaborazzjoni mal-assoċjazzjoni tal-iskateboarding, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ħabbar li se jorganizza avveniment sportiv fil-15 ta’ Lulju li ġej bejn l-4.30 ta’ waranofsinhar u l-11.00 ta’ filgħaxija, bil-għan nobbli biex titfakkar il-memorja tat-Tabib Victor Calvagna kif ukoll biex jinġabru fondi għal dawk li jiġu bżonn l-organizzazzjoni mhux volontarja li waqqaf l-istess tabib, jiġifieri Puttinu Cares.
Fost l-oħrajn se jkun hemm ġirja ta’ żewġ kilometri għat-tfal ta’ taħt is-sittax-il sena mis-6.30 ta’ filgħaxija, filwaqt li fis-7.30 ikun ġirja oħra ta’ ħames kilometri għall-adulti.
Kull min irid jagħmel il-ġirja tal-adulti se jkun mitlub iħallas donazzjoni ta’ 10 ewro, waqt li l-flus kollha se jmorru għal Puttinu Cares.
L-avveniment se jikkonsisti wkoll minn 12-il tip ta’ sport differenti, fosthom skateboarding, scooter, BMX, inline rollerblades, basketball, 1v1 futbol, volleyball, parkour, żfin, ibburdjar, wrestling u stand up paddle.
Il-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar ħeġġeġ lil kulħadd jattendi u jipparteċipa.