Id-Diretturi ta’ Sports Direct keċċiet lid-diretturi u mexxejja ta’ House of Fraser ġimgħat biss wara li Sports Direct, immexxija minn Mike Ashley, xtrat lil House of Fraser għall-valur ta’ £90miljun.
Sports Direct ikkonfermat dan fi stqarrija ta’ sentenza waħda biss. Sa issa għadu mhux magħruf min se jkun qed jieħu post l-ogħla awtoritajiet ta’ House of Fraser. Din id-ditta kienet tmexxi madwar 58 ħanut madwar ir-Renju Unit kollu.