Il-Ġimgħa filghaxija, fil-Lukanda Excelsior sar it-tieni avveniment Celebrating Sport in Malta 2025 Recognition, li fakkar mument importanti fil-qasam sportiv ta’ pajjiżna. Din iċ-ċerimonja speċjali rat il-preżenza ta’ mistednin distinti, fosthom il-mara tal-Prim Ministru u President ta’ Special Olympics Malta Dr Lydia Abela, l-eks-player olimpiku Valerio Vermiglio, u Antonio Silva, President tal-European Aquatics.
Dan l-avveniment ċċelebra għaxar snin ta’ hidma u bidla fil komunita’ kif ukoll dik sportiva billi ta ġieħ lill-kisbiet ta’ atleti, għaqdiet, u organizzazzjonijiet volontarji għad-dedikazzjoni, ix-xogħol, u s-suċċess tagħhom fl-użu tal-isport biex jibdlu l-ħajjiet ta dawk fil bzonn.
L-individwi u l-organizzazzjonijiet li ġew rikonoxxuti kienu:
- Malta Basketball Association: Għall-kollaborazzjoni ma’ SportMalta biex tinbena struttura sportiva ta’ livell għoli.
- Neil Agius: li qajjem kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali permezz tal-għawma rekord ta aktar minn 142 kilometru.
- Malta Employees Sports Association: Għall-promozzjoni ta’ aktar attivita sportiva fost il-haddiema.
- Jarhead Foundation: Għall-inklużjoni tal-minoranzi permezz tal-isport ta l-ibburdjar.
- Special Olympics Invitational Games 2022, GSSE 2023 Organizing Committee hu European Aquatics Final 4 Champions League 2024 Organizing Committee : Għall-promozzjoni ta’ Malta fuq il-mappa sportiva internazzjonali.
- Impjegati ta’ SportMalta: Għal 10 snin ta’ dedikazzjoni lejn il-missjoni ta’ SportMalta.
- Caritas Malta u Dar tal-Providenza: Għall-promozzjoni tal-ġenerożità fil-komunità permezz tal-isport.
- L-Onor. Ministru Clifton Grima: Għat-tmexxija u l-appoġġ tiegħu għall-isport Malti.
- Alfred Cachia u Fr. Hilary Tagliaferro: Għad-dedikazzjoni tul ħajjithom għall-isport Malti.
Intant gie ċċelebrat ukoll l-10 anniversarju ta’ SportMalta, avveniment li fih ingħataw diskorsi mill Ministru Clifton Grima fejn enfasizza l-appoġġ qawwi li l-gvern Malti ta lill-isport u l-attivitajiet fiżiċi, li tejbu l-kwalità tal-ħajja.
Matthew Pisani, Chairman ta’ SportMalta, saħaq li dan is-suċċess ma kienx ikun possibbli mingħajr il-kollaborazzjoni konġunta fost l-istakeholders kollha, minn naħa tiegħu Mark Cutajar, CEO ta’ SportMalta, ta ġieħ lill-impjegati kemm dawk tal passat kif ukoll lil dawk preżenti ta’ SportMalta għall-kontribut eccellenti tagħhom lejn il-missjoni tal-organizzazzjoni matul is-snin.