Kien iffirmat gtehim bejn SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti biex għal dawn l-erba’ snin li ġejjin, jingħata żewġ miljun u seba’ mitt elf ewro biex iħarreġ l-atleti.
Il-ftehim li ta l-akbar somma fl-istorja tal-Kumitat Olimpiku, ġie ffirmat il-Ħamis filgħodu.
Il-President tal-Kumitat Olimpiku, Julian Pace Bonello, saħaq li b’dan il-ftehim il-kumtat se jaħdem b’mod aktar indipendenti.
Hu spjega: “Li tista’ tippjana ħafna aktar mill-quddiem. Fl-antik konna nagħmlu kull sena ftehim ġdid, allura anke għaqda nazzjonali taf kemm ser tieħu din is-sena li qegħdin fiha. Permezz ta’ dan il-ftehim huwa se jkunu jafu eżatt kemm se jieħdu din is-sena u ta’ warajha biex jistgħu jagħmlu pjanijiet ħafna aktar fit-tul.”
Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li l-ftehimiet li tagħmel l-entità jagħtu garanzija lill-atleti li l-invesitment li qed isir fihom se jissarraf f’riżulati tajbin.
Is-Sur Cutajar stqarr: “Is-somma hija waħda sostanzjali għax meta tqabbel mas-somma li l-Kumitat Olimpiku kien jieħu fl-2012 imqabbla mal-lum is-somma tikber u tikber sewwa.”
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima fakkar uli pajjiżna se jospita avvenimenti sportivi kbar fis-snin li ġejjin. Hawn iħabbar ukoll li se jsir investiment bla preċendent ieħor għall-atleti f’Malta u Għawdex.
L-Onor. Grima sostna: “B’mod li permezz tiegħu jkunu jistgħu jilħqu l-qofol tal-karriera tagħhom u jkunu jistgħu jagħtu l-aħjar performance f’dak li huwa kompetizzjonijiet fuq livell internazzjonali fejn hemmhekk ikunu ambaxxaturi ta’ pajjiżna.”