Studenti mill-iskejjel primarji, medji kif ukoll sekondarji ser ikollhom l-opportunità jieħdu sehem f’avveniment sportiv online.
Dawn l-istudenti huma mistiedna li ta’ kuljum jsegwu l-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Online Sportsfest biex jiskopru l-isfida tal-ġurnata.
L-isfida titla’ kmieni għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu u l-istudenti għandhom sas-6 ta’ filgħaxija sabiex jibgħatu clio qasira tagħhom jwettqu l-isfida tal-ġurnata.
Dawn l-isfidi ser ikopru diversi ħiliet relatati mal-fiżika personali.
Imbagħad l-aqwa tliet subien u bniet ser jingħataw midalja tad-deheb, fidda u bronż. Dawn it-tfal mhux biss ser ikunu qed jirrappreżentaw lilhom infushom iżda ser jirrappreżentaw ukoll lill-iskola tagħhom.
Għalhekk, dawn il-clips għandhom juru lill-istudenti lebsin il-flokk tal-PE tal-iskola tagħhom.