Waranofsinhar instemgħu splużjonijiet misterjużi fi Transnistria, strixxa art fil-Moldova li tmiss mal-Ukrajna u li għandu territorju kkontrollat minn awtoritajiet separatisti appoġġjati mir-Russja.
Dawn l-isplużjonijiet qajmu tħassib ġdid li l-kunflitt fl-Ukrajna se jinfirex.
L-awtoritajiet separatisti tefgħu r-responsabbiltà fuq l-Ukreni iżda l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, tefa’ l-ħtija fuq fuq is-servizzi speċjali tar-Russja.
Fil-mira tal-isplużjonijiet fil-Moldova kien hemm il-kwartieri ġenerali responsabbli mis-sigurtà, uffiċini minn fejn fl-antik kienu jixxandru l-aħbarijiet fuq ir-radju, u taqsima militari.
Sa issa ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet iżda nħarġet twissija mal-pajjiż kollu kontra t-terroriżmu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI