Il-ħemda tal-lejl inbidlet f’ħoss ta’ splużjonijiet f’Ħal Luqa, hekk kif gass li ħareġ minn ċilindru wassal għall-problemi f’ħanut tal-pastizzi.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta b’kollox seħħew tliet splużjonijiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu. Ir-residenti li jgħixu f’appartamenti fuq il-ħanut kienu evakwati.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar ikkontrollaw is-sitwazzjoni imma xejn ma jnaqqas mix-xokk dalgħodu. Infatti waħda mill-ħaddiema waslet il-ħanut u spiċċat imbikkma xħin rat din ix-xena quddiemha.
It-triq ewlenija tar-raħal tinsab magħluqa. Fuq il-post hemm Pulizija esperti u nies li nġabru bilkemm jistgħu jemmnu kif inqered il-ħanut.
https://youtu.be/ok4QjQ9Bo0k