Sbieħ l-ewwel jum tas-sena nstemgħu bosta splużjonijiet fil-belt kapitali Ukrena, Kiev, kif ukoll f’numru ta’ postijiet oħra madwar l-Ukrajna. Mad-daqq tas-sireni fl-ewwel sigħat ta’ din is-sena, bosta Ukreni nfexxew jgħajjtu mill-gallariji tagħhom “Glorja lill-Ukrajna, Glorja lill-eroj!”
Biċċiet minn missila li nqerdet mis-sistemi tad-difiża tal-ajru tal-Ukrajna għamlu xi ħsarat fil-kapitali, iżda, s’issa, ma ġewx irrapportati fatalitajiet jew li weġġgħu xi nies.
Dan l-attakk seħħ ftit minuti wara l-messaġġ għall-Ewwel tas-Sena tal-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky. Huwa għadda xewqat ta’ rebħa għal pajjiżu f’dil-gwerra li tinsab fil-11-il xahar, u li s’issa t-tmiem tagħha għandu ’l bogħod.
Zelensky indirizza wkoll lir-Russi u qalilhom li l-mexxej tagħhom qed jeqred lil pajjiżhom.
Ritratt: Al Jazeera