Aktar minn 60 persuna inqatlu u 100 oħra ndarbu fi splużjonijiet li seħħew qrib skola sekondarja fil-kapitali Afgana, Kabul.
L-isplużjonijiet saru hekk kif studenti kienu ħerġin mill-iskola fil-jum tas-Sibt.
Kelliema għall-Ministeru għall-Edukazzjoni qalet illi ħafna mill-vittmi kienu tfajliet.
Ħadd ma ħa r-responsabilità ta’ dan l-attakk, madanakollu ż-żona tkun ta’ spiss fil-mira tal-militanti Iżlamiċi Sunni.