Fil-viċinanzi tal-ajruport ta’ Kabul, kien hemm diversi rapporti ta’ splużjoni qawwija.
Ritratti ppubblikati fuq il-midja soċjali juru dħaħen suwed telgħin ‘il fuq fl-akwati tal-ajruport.
Uffiċjal fil-Ministeru għas-Saħħa qal li l-isplużjoni oriġinat minn rocket li laqat dar.
L-ajruport ma kienx milqut b’mod dirett.
Għadu mhux magħruf jekk kienx hemm nies li tilfu ħajjithom jew sofrewx xi ġrieħi.
Skont is-sit awtorevoli Reuters kienu forzi Amerikani li ħejjew attakk militari mmirat lejn possibbilment karozza bomba suwiċida li kienet mistennija tattakka l-ajruport ta’ Kabul.
Uffiċjali li tkellmu mas-sit qalu li suspettati militanti tal-Istat Iżlamiku kienu fil-mira tal-attakk.