Minn tal-inqas 15 -il persuna kkonfermati mejta filwaqt li oħrajn jinsabu feruti wara splużjoni fl-impjant tal-gas f’Lagos, in-Niġerja.
Kelliema tal-korporazzjoni li din l-isplużjoni kienet kawża ta’ trakk li ħabat ma’ ċilindru tal-gas. Dan l-impjant jinsab lokat viċin ta’ pipeline taż-żejt.
Madwar 50 binja ġew meqruda wara n-nirien li ħakmuhom kawża tal-isplużjoni. Skola li tinsab fl-istess nħawi li takkomoda mal-250 student nħakmet ukoll min-nirien.