11-il karozza tal-linja ħadu n-nar u kkawżaw splużjoni matul il-lejl li għadda f’Londra, fl-inħawi ta’ Farnborough HIll f’Orpington. L-awtoritajiet qed jgħidu li 7 minn dawn iġġarrfu għal kollox, filwaqt li għad hemm ċans li jkunu salvati erbgħa minnhom.
30 vettur oħra tressqu f’post aktar sigur hekk kif diversi pumpiera ħadmu biex jikkontrollaw in-nirien.
Jidher li dan kollu seħħ għall-ħabta tal-04:00 ħin tal-post, b’diversi residenti jgħidu li qamu hekk kif semgħu splużjoni kbira.