Minn tal-inqas 17-il persuna nqatlu fi splużjoni kbira li seħħet biswit villaġġ ta’ minjieri fil-punent tal-Ghana.
Il-Pulizija qalu li vettura li kienet qed iġġorr splussiv f’apparat tat-tħaffir, ħabtet ma’ mutur viċin il-villaġġ ta’ Bogoso.
Ritratti fuq il-midja lokali juru duħħan iswed jgħatti binjiet imġarrfa kawża tal-isplużjoni, fost għajjat għall-għajnuna mir-residenti.
Filmati grafiċi juru biċċiet tal-iġsma bla ħajja mal-art tal-vittmi.
Minn tal-inqas 60 persuna ndarbu f’dan l-inċident, b’uħud minnhom jinsabu f’qagħda kritika.