15-il persuna weġġgħu bi tlieta minnhom serjament wara splużjoni ta’ bomba f’restorant Indjan f’Toronto.
Żewġ persuni mgħammda nqabdu deħlin fil-post mill-kameras tas-sigurtà.
Il-bomba splodiet il-ħamis filgħaxija fir-restorant jismu Bombay Bhel.
Is-suspettati x’aktarx li huma rġiel.
L-awtoritajiet għadhom qed ifitxxu s-suspettati u qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jiġu identifikati l-persuni.
Għadu mhux magħruf x’kien il-mottiv wara dan l-attakk.