Persuna tilfet ħajjitha wara li għal ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu seħħet splużjoni f’San Pawl il-Baħar, fi Triq il-Ġifen, li tinsab wara ċ-ċinema. Ninsabu informati li huwa sid ta’ ħanut, għalkemm din hija informazzjoni li għad trid tkun ikkonfermata.
Hemm vettura involuta f’din l-isplużjoni. Persuni li jgħixu fiz-zona qalulna “mhux theżżiża bħal meta tisplodi xi kamra tan-nar. Iktar qisha waqgħet xi ħaġa enormi”.
Fuq il-post bħalissa hemm diversi ambulanzi, Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Natasha Galea Sciberras qiegħda tmexxi inkjesta Maġisterjali.
Kien hemm kommossjoni fuq il-post hekk kif bdew jaslu qraba tal-vittma.