6 persuni mietu fi splużjoni tal-gass f’minjiera abbandunata fin-Nofsinhar tal-Afrika.
Madwar 20 oħra għadhom maqbuda fil-minjiera f’Middelburg, Lvant tal-Pretorja.
Skont membru tal-korp tal-pulizija Afrikan, xi nies daħlu fil-minjiera biex jisirqu xi wires meta sploda pajp tal-gass.
Il-midja tal-lokal qalet li kull sforz ta’ salvataġġ kien qed ikun iktar u iktar diffiċli minħabba livelli għolja ta’ gass tossiku.
Il-minjiera kienet ġiet magħluqa meta s-sidien tagħha l-aħwa Gupta, sabuha diffiċli biex ikomplu n-negozju fin-Nofsinhar tal-Afrika minħabba allegazzjonijiet kontrihom.