Mat-18–il persuna sfaw mejta u iżjed minn 700 persuna midruba wara splużjoni li seħħet is-Sibt, fl-ikbar port tal-Iran, Rajaei.
L-impatt ta’ din l-isplużjoni kkawża daħna kbira sewda filwaqt li kisser it-twieqi ta’ iżjed minn 25 kilometru ‘l bogħod mill-port, b’filmati fuq il-midja soċjali juru blokka ta’ uffiċċini ħdejn il-port bi ħsara estensiva.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ħaddiema tal-emerġenza dehru jsalvaw in-nies li nqabbdu fit-tifrik, b’filmati oħra juru dawk midruba deħlin l-isptar.
